Aktar Minn 130 Persuna Ġew Nominati Għall-Premjijiet Fl-Oqsma Tax-Xjenza, It-Teknologija, L-Inġinerija U L-Matematika

 Aktar Minn 130 Persuna Ġew Nominati Għall-Premjijiet Fl-Oqsma Tax-Xjenza, It-Teknologija, L-Inġinerija U L-Matematika

Aktar minn 130 persuna ġew nominati għal premjijiet fl-oqsma tax-Xjenza, it-Teknologija, l-Inġinerija u l-Matematika (STEM) u saret evalwazzjoni minn bord indipendenti ta’ esperti skont il-kriterji stabbiliti f’kull waħda mill-għaxar kategoriji li se jiġu ppremjati.

“Din l-okkażjoni għandha sservi biex iktar nies isiru konxji mix-xogħol siewi li qed isir f’pajjiżna fl-oqsma STEM u anke biex tħajjar iktar lill-ġenerazzjoni żagħżugħa tersaq lejn dawn is-suġġetti tant importanti għal pajjiżna u għall-Ewropa”, tenna l-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici.

Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kullegg Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Jeffrey Pullicino Orlando qal, “Dawn il-premjijiet, li se jibdew jingħataw kull sentejn, għandhom l-għan li jonoraw u li jirrikonoxxu x-xogħol notevoli u siewi li qed isir fix-xena lokali fl-oqsma STEM – kemm fis-settur tal-impjiegi, tal-edukazzjoni u f’dak soċjali”.

Biex jindirizza d-domanda dejjem tikber u n-nuqqas imbassar ta’ ħaddiema b’ħiliet fis-suġġetti STEM madwar l-Ewropa, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija qed iħaddem in-National STEM Working Group miċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenzi, l-Esplora.

Dan il-working group irnexxielu jgħaqqad flimkien l-istakeholders ewlenin fl-oqsma STEM, bħall-Università ta’ Malta (UM), il-Kulleġġ tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) u l-MCST stess sabiex joħloq għarfien u jindirizza n-nuqqas ta’ ħiliet fis-suġġetti STEM.

L-għoti ta’ premjijiet nazzjonali fis-suġġetti STEM, li se tkun livestreamed minn Villa Bighi fid-9 ta’ Lulju 2021, hija waħda mill-azzjonijiet ewlenin ta’ dan il-working group.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com