Aktar Minn 3000 Immigrant Illegali Jidħlu Fil-Litwanja Din Is-Sena
Is-servizzi tal-gwardja tal-fruntiera tal-Litwanja rrapportat li waqfet 171 persuna li ppruvaw jaqsmu illegalment mill-Belarussja għal-Litwanja lbieraħ filgħaxija. Dan huwa l-akbar numru f’ġurnata waħda matul din is-sena.
S’issa minn din il-fruntiera nqabdu 3,027 immigrant illegali jaqsmu matul din is-sena.
Is-servizzi tal-fruntiera qalu li l-grupp ta’ immigranti, kienu kollha mill-Iraq, u se jitqiegħed f’wieħed miċ-ċentri ta’ detenzjoni tal-immigrazzjoni li diġà huma ffullati fil-Litwanja. L-immigrazzjoni illegali lejn il-Litwanja bdiet tikber b’mod drammatiku wara li ġew imposti sanzjonijiet ġodda fuq uffiċjali tal-gvern fil-pajjiż ġar tal-Belarussja.
F’Lulju, madwar 2,366 immigrant ġew detenuti, minn 473 f’Ġunju, u mqabbla ma’ 81 immigrant matul għas-sena l-oħra kollha. Il-Litwanja akkużat lill-awtoritajiet tal-Belarussja li qed jorganizzaw dan il-qsim tal-fruntieri lil persuni mil-Lvant Nofsani u l-Afrika.
L-aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-kontroll tal-fruntieri wiegħdet li żżid l-appoġġ għal-Litwanja biex tgħin biex jitwaqqfu l-wasliet.
L-awtoritajiet tal-Litwanja jemmnu li l-biċċa l-kbira tan-nies li qed jippruvaw jidħlu fil-pajjiż jivvjaġġaw lejn Minsk, il-kapitali tal-Belarussja, fuq waħda mill-erba’ titjiriet ta’ kull ġimgħa mill-Iraq li jġorru sa 500 passiġġier.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Litwanja Gabrielius Landsbergis żar Bagdad dan ix-xahar għal taħditiet ma’ uffiċjali Iraqini.
Ritratt: Euronews