Aktar Minn 500 Student Li Ġew Malta Jistudjaw l-Ingliż Ittestjaw Pożittiv Għall-Covid-19
Aktar minn 500 student barrani li ġew Malta biex jistudjaw l-Ingliż, ittestjaw pożittiv għall-Covid-19 fl-aħħar ġimgħat.
Dan ħareġ fil-ġurnal The Times fejn intqal li l-awtoritajiet tas-saħħa qed isaħħu l-fehma li l-kawża taż-żieda li kien hawn fil-każijiet, irriżulta li kienu ġejjin minn żgħażagħ mhux ivvaċinati.
Kelliema għall-Ministeru tas-saħħa tenniet li madwar 60% tal-każijiet ta’ kuljum qed ikunu minn persuni mhux residenti f’Malta u li l-akbar proporzjon ġej mill-faxxa ta’ eta ta’ taħt it-19-il sena.