“Ara Veru Kollox Jindara” – Intom Drajtuha L-Maskra?

“Ara veru kollox jindara! Il-Belt dalgħodu kważi kulħadd baqa’ bil-maskra. Jew għax kienu inċerti, jew għax drawha.”
Hekk kitbet fuq il-profil tal-facebook tagħha Mariella Mizzi Attard li spiss tikteb ħsibijiet tajbin biex toħloq kuxjenza, jitranġaw affarijiet jew tinħoloq diskussjoni.
Saħqet li llum kienet ħerqana biex timxi fit-triq mingħajrha, biex min isellmilha titbissimlu u wkoll biex in-nuċċali tax-xemx ma jittappanlix.
“Fl-aħħar neħħejtha, u ħassejtni qisni kont liebsa kowt tal-fur u nżajtu. X’liberta’!”, kompliet tgħid Mariella filwaqt li tenniet li għalkemm il-maskra fgatna u radmitna, għenet biex intaffu ħafna mard, mhux biss tal-Covid-19 iżda wkoll mard ieħor.
Temmet tgħid li l-maskra se tibqa’ tużaha fejn ikun il-waqt.
Intom x’taħsbu?