Ara X’Għamel Il-Prinċep George F’Għeluq Sninu

Illum il-Prinċep George qed jiċċelebra għeluq it-8 snin. Bħal ma hi t-tradizzjoni f’okkażjonijiet importanti jittieħed ritratt ta’ tifkira li jimmarka dak l-avveniment partikolari.
Għal din l-okkażjoni t’għeluq sninu George ħa ritratt bilqegħda fuq il-bonett ta’ Land Rover Defender, ir-ritratt ittieħed minn ommu stess id-Dukessa ta’ Cambridge.
Il-Land Rover kienet sinonima mal-familja Rjali kif ukoll mal-Bużnannu ta’ George, Filippu d-Duka ta’ Edinburgh, fil-fatt kienet waħda minnhom li ġarret it-tebut fil-funeral tiegħu.
Propju b’dan ir-ritratt f’din l-okkażjoni l-Prinċep George ried iwassal messaġġ biex ifakkar lil Filippu, b’ilbies sempliċi u tbissima ħelwa li ma’ tistax ma’ tigustaħx.
Ritratt: Dukessa ta’ Cambridge