Argument F’San Ġiljan Bejn Grupp Ta’ Żgħażagħ

 Argument F’San Ġiljan Bejn Grupp Ta’ Żgħażagħ

Kmieni dalgħodu, għal xi s-1.45, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq id-Dragunara, San Ġiljan fejn jidher li kien hemm argument bejn grupp ta’ żgħażagħ. Ġuvni Franċiż ta’ 18-il sena safa’ aggredit minn wieħed miż-żgħażagħ li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lil Franċiż l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com