Baħħ Fit-Toroq – Jestendu L-‘Lockdown’ F’Syndey Fl-Awstralja
Ir-residenti f’Sydney fl-Awstralja, issa qed iħossuhom urtati u mxebbgħin hekk kif reġa’ ġie estiż il-lockdown b’xahar ieħor.
Dan minħabba li l-infezzjonijiet tal-Covid-19 qed ikomplu jiżdiedu. Tajjeb li jintqal li Sydney ilha f’lockdown mill-aħħar ta’ Ġunju minħabba ammont kbir ta’ każijiet tal-varjant Delta.
Sal-lum, ġo ’Sydney kien hemm ‘il fuq minn 2,500 każ ta’ infezzjonijiet tal-Covid-19 mill-bidu ta’ Jannar lil hawn.
Ritratt: Bloomberg.com