Bil-Filmat: Ara L-Kit Il-Ġdid Ta’ Naxxar Lions FC

Ftit tal-minuti ilu, fuq il-midja soċjali tat-tim ta’ Naxxar Lions FC ittella’ filmat bil-kit għall-istaġun 21/22.
It-tim ta’ Naxxar Lions għaddej b’bosta inizjattivi preżentament sabiex jikkonsolida l-profil tiegħu; tim bi storja antika, ikkulurita u ta’ suċċess.
Ftit ilu tħabbar li ħarġu wkoll it-‘tenders’ għall-bini ta’ ‘Football Pitch’ ġdid li ser ikun qed jiġi wżat min-Nursery.

Awguri Naxxar Lions.