Bil-Filmat: Fil-Parlament Taljan Tqum Kommossjoni Dwar L-Introduzzjoni Tal-‘Green Pass’
Fl-Italja għaddejjin protesti min diversi membri fil-Parlament u mill-poplu wara li ġie mħabbar li mill-ġimgħa d-dieħla biex tidħol f’bars, restoranti, mużewijiet u attivitajiet oħra fost oħrajn wieħed għandu bżonn li jkun ħa l-vaċċin u jkollu “Green Pass”.
Ilbieraħ fil-Kamra tad-Deputati Taljana, din il-kwistjoni spiċċat eskalat mhux ħażin li spiċċat f’kaos sħiħ wara li kien qed jkun diskuss l-introduzzjoni tal-“Green Pass”, b’membri tal-partit Fratelli d’Italja jqumu jipprotestaw b’kartelluni li jaqraw “No Green Pass.”
Filmat juri membri tas-sigurtà jippruvaw ineħħu l-kartellun minn idejn wieħed mid-deputati, fejn spiċċa joħroġ jiġri mill-kamra bil-membri tas-sigurtà jiġru warajh.
Il-Membri tal-Partit Demokratiku wieġbu billi bdew jgħajjtu “tal-mistħija, tal-mistħija”.
ALERT – Chaotic scenes and protest in parliament of Italy over vaccine passports “Green Pass” pic.twitter.com/qSpPEAOvF9
— Insider Paper (@TheInsiderPaper) July 29, 2021
Rome protests tonight against Italy’s #GreenPass which from Aug. 6 bans entry to stadiums, museums, theatres, cinemas, swimming pools, gyms, and indoor restaurants except for those who’ve either had at least one jab, negative test within 48 hrs, or recently recovered from #COVID pic.twitter.com/UPuotdDVtv
— Edward Pentin (@EdwardPentin) July 29, 2021