Bil-Filmat: Il-Kwistjoni Tas-Sodod Tal-Kartun Fil-Villaġġ Olimpiku
Hekk kif ħafna mill-atleti issa bdew jaslu fil-villaġġ olimpiku fil-Ġappun waħda mill-kontroversji li nqalgħu kienu minħabba s-sodod tal-kartun li ġew manifatturati apposta biex fuqhom jorqdu l-atleti.
Jidher li ħafna siti bdew jgħidu li dawn saru tal-apposta biex jifilħu l-piż ta’ bniedem wieħed, dan biex inaqqsu l-probabilità li wieħed jkun jista’ jagħmel is-sess ma’ persuna oħra fuq is-sodda.
Però l-atleta Irlandiż Rhys Mcclenaghan jidher li għamilha test tajjeb.
Skond hu dawn huma kollha “fake news” li s-sodod tal-kartun huma magħmulin biex jifilħu persuna waħda. Jidher li fil-verità dawn is-sodod jifilħu mal-200 kilogramma u Rhys Mcclenaghan tagħhom test tajjeb fuq vidjow li tella’ fuq twitter.
Din hija l-ewwel darba li fl-Olimpijadi ntużaw mat-18,000 sodda tal-kartun magħmul minn materjal riċiklat sabiex jiġi mħares l-ambjent.
“Anti-sex” beds at the Olympics pic.twitter.com/2jnFm6mKcB
— Rhys Mcclenaghan (@McClenaghanRhys) July 18, 2021