Bil-Filmat: Lil Bonucci Ħasbuh Partitarju Taljan

Fis-semifinali ta’ nhar it-Tlieta bejn it-Taljani u Spanja kien hemm mument li forsi mhux kulħadd induna bih.
Wara r-rebħ tal-logħba mit-tim Taljan permezz tal-‘penalties’ Leonardo Bonucci mar jifraħ quddiem il-partitarji Taljani fejn dawn xħin rawh ftit metri biss il-bogħod ippruvaw jinżlu ħdejh.
Li ġara huwa li waħda mil-‘istewardess’ li jkun hemm għassa qabdet lil Bonucci min idu fejn pruvat iżommu milli jidħol lura fil-grawnd. Din l-‘istewardess’ ma għarfitux lil Bonucci u ħasbitu partitarju li qabeż fil-grawnd biex jiċċelebra.