Bil-Filmat: Londra Mgħarrqa Wara Xita Qawwija

 Bil-Filmat: Londra Mgħarrqa Wara Xita Qawwija

Il-Maltemp madwar l-Ewropa jidher li ħa jkompli jippersisti hekk kif ilbieraħ Londra ġiet milquta minn Maltempata bir-ragħad li kkawżaw għargħar madwar Londra.

Il-Pulizija Metropolitana ta’ Londra qalet li l-għargħar wassal għal dewmien kbir u problemi serji fit-toroq ewlenin madwar iċ-ċentru ta’ Londra.

Diversi stazzjonijiet tal-‘Under Ground’ f’Londra kienu mgħarrqa, u dan fixkel is-servizzi.

Iż-żewġ sptarijiet fiż-żona ta’ Londra, l-Isptar tal-Università ta’ ‘Newham’ u ‘Whipps Cross’, ġew affettwati ħażin ħafna mix-xita. Kelliem għall-‘Barts Health NHS Trust’ qal fi stqarrija li ż-żewġ sptarijiet qed jesperjenzaw problemi fl-operat u talbu lin-nies biex min jista’ juża sptarijiet jew ċentri tas-saħħa oħra minħabba li dawn spiċċaw mimlija bin-nies.

Ritratt: CNN 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com