Bil-Filmat: “Persuni Mhux Imlaqqma Jibqgħu Vulnerabbli – It-Tilqim Jipproteġi”
Id-DPM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li r-rata tal-każijiet tal-Covid-19 qed jitla’ kif qed jitla’ f’pajjiżi oħra. Qal li l-figura li qed toħroġ hi li l-maġġoranza l-kbira tal-persuni pożittivi ma humhiex imlaqqmin. Dawn jammontaw għal 90%; uħud minnhom m’huma mlaqqma xejn u wħud imlaqqmin mhux kompletament.
Semma kif pajjiżna jinsab bl-ogħla figura fid-dinja ta’ persuni mlaqqma ġo pajjiż fejn qed noqorbu li nilħqu t-85% tal-popolazzjoni mlaqqma. Fakkar fis-sit; vaccin.gov.mt
Mit-Tnejn tal-ġimgħa d-dieħla, tenna li ser ikun hemm ‘walk in clinics’ fejn persuni li għad m’għandhomx appuntament, ikunu jistgħu wkoll jieħdu t-tilqima.
Semma kif min mhux imlaqqam huwa f’riskju. Qal li jidher li l-persuni li mhux imlaqqmin, jibqgħu vulnerabbli.
Fakkar li l-varjanti jagħmlu l-Coronavirus differenti minn mard ieħor. Iżda, it-tilqim qed jipproteġi ħafna mill-punt li n-nies ikollhom bżonn jidħlu fl-isptarijiet.