Bil-Filmat: Xita Qawwija Fiċ-Ċina Tħalli Ħerba

Wara l-għargħar li ħakem l-Ewropa ftit tal-ġranet ilu issa kien imiss liċ-Ċina fejn matul dawn l-aħħar tlett t’ijiem għamlet xita qawwija ekwivalenti daqs kemm tagħmel f’sena.
L-armata u l-forzi t’emerġenza fiċ-Ċina qed jagħmlu min kollox sabiex isalvaw nies mill-ħerba u tifrik.
S’issa ġew konfermati 33 persuna li tilfu ħajjiethom filwaqt li hemm 7 oħra rapportati neqsin.
F’mumenti minnhom diversi nies inqabdu taħt l-art fl-istazzjon tal-ferrovija bl-ilmijiet ilaħħqu livelli tal-biża’.
Ara f’dan il-filmat: