Bil-Filmati: Pulizija U Partitarji Feruti F’Londra Waqt Il-Finali Tal-Euro 2020

 Bil-Filmati: Pulizija U Partitarji Feruti F’Londra Waqt Il-Finali Tal-Euro 2020

Bosta filmati li qed iduru fuq il-mezzi soċjali juru ġlied vjolenti kif ukoll vandaliżmu f’Londra qabel u wara il-partita tal-bieraħ.

Il-pulizija Ingliża qalet li ġew arrestati 49 persuna filwaqt li kien hemm 19-il uffiċjal li weġġgħu waqt li kienu qed jikkonfrontaw folol vjolenti.

F’dawn li filmati miġbuda minn nies li kienu fuq il-post tidher is-sitwazzjoni xejn pjaċevoli li kien hemm fiż-żona ta’ Wembley Stadium, fejn jidhru l-partitarju Ingliżi jħallu ħerba fit-toroq ta’ Londra kif ukoll f’filmat ieħor jidher grupp kbir ta’ partitarji li pruvaw jaqbżu s-sigurtà sabiex jidħlu fl-istadium mingħajr biljetti. F’filmat ieħor li nġibed wara l-partit jidher grupp ta’ partitarji Ingliżi jistennew wara l-bibien lis-sapporters Taljani, fejn kif jidher kif dawn bdew ħierġin bdew isawtuhom kif ġie ġie.

Dawn żgur li mhumiex xeni sbieħ li wieħed għandu jara waqt partit football u li żgur ħadd ma irid jgħaddi minn esperjenzi simili.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex jiġu dentifikati aktar nies.

Ritratt: independent.co.uk

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com