“Dan Kien Jonqsu Ċ-Ċentru Kummerċjali Tal-Belt Valletta” – Jason Micallef
“MA TITWEMMINX” hekk qal dalgħodu Jason Micallef iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency f’messaġġ li kiteb fuq il-mezzi soċjali wara li minn kmieni filgħodu nġemma kju twil quddiem il-parlament li jibqa’ nieżel sa triq ir-Repubblika.
Jason Micallef qal li d-daħla tal-Belt fl-aktar żmien importanti għat-turiżmu ma jixraqlux li jkun hekk tul dawn it-3 t’ijiem li ġejjien.
Huwa temm jgħid li “mhux se noqgħod nikkummenta li għat-tilqim m’hemmx bżonn ta’ “social distance” taf int, imma li timla d-daħla tal-kapitali ta’ pajjiżna b’din il-konfuzjoni, meta seta’ faċilment instab post ieħor fil-viċin, inqisha arukaza mill-kbar.”
X’taħsbu taqblu miegħu?