Daqshekk Aġġornamenti B’ Numri Tal-Covid-19 Fuq Stradarjali.com

It-tim ta’ Stradarjali.com ħaseb li ma jibqax jagħti aġġornamenti ta’ kuljum bin-numri li nstabu jew li fiequ fuq il-paġna ta’ facebook tagħna. Dan biex ngħinu fit-tnaqqis tal-istress u l-ansjetà fost il-pubbliku.
Madanakollu, ser inkunu xorta qed nagħtukom servizz fejn aħbarijiet mill-awtoritajiet tas-saħħa u mill-Ministeru tas-Saħħa, kif ukoll konferenzi importanti li jirrigwardjaw lill-poplu, xorta waħda nwassluhom għaliex dan huwa importanti li l-pubbliku jkun mgħarraf bihom.
Bosta kienu dawk li kellmuna fejn qalulna li numri ta’ kuljum, kienu qed jaffettwawhom kontinwament. Aħna rridu nkunu ta’ servizz għalikom.
X’taħsbu dwar din id-deċiżjoni?
Ritratt: Bemidji Pioneer