Dirett: Jasal L-Ewwel Ajruplan Tal-Malta Air
Illum wasal f’pajjiżna l-ewwel ajruplan tal-Malta Air tat-tip B737-8200 Gamechanger.
Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg, il-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Air David O’Brien u d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta l-Kaptan Charles Pace bħalissa qed jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet dwar il-wasla ta’ dan l-ewwel ajruplan tal-Malta Air.