Diversi Persuni Ser Jitressqu L-Qorti Llum

 Diversi Persuni Ser Jitressqu L-Qorti Llum

Illum, għall-ħabta tal-9.45, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia, il-Pulizija ser tressaq diversi persuni l-Qorti fosthom żewġ żgħażagħ Ingliżi – Ġuvni u tfajla arrestati b’rabta ma’ vandaliżmu fil-Mellieħa.

Raġel ta’ 37 sena ser jitressaq l-Qorti b’akkużi relatati ma’ serqa li seħħet fi 8 ta’ Ġunju minn residenza fiż-Żurrieq, fost oħrajn.

Tlett irġiel ser ikunu akkuzati b’importazzjoni, kultivazzjoni u pussess ta’ droga suspettata cannabis, fost oħrajn.

Tlett irġiel ser jitressqu b’akkużi relatati ma’ stupru, mingħajr pussess ta’ dokumenti personali, fost oħrajn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com