Emails Qarrieqa F’Isem Id-Dwana Ta’ Malta

Id-Dipartiment tad-Dwana qed javża lill-pubbliku li bħalissa qed jintbagħtu emails qarrieqa, f’isem id-Dwana.
Persuni mhux magħrufa qed qegħdin jibgħatu emails personalizzati, jitolbu lil dak li jkun biex iħallas d-dazju u t-taxxa. Filwaqt li jgħidu li għandhom jiġu trasferiti flus ġo kontijiet foloz, sabiex ikunu jista’ jinġabar l-pakkett.
Id-Dipartiment tad-Dwana qed jappella biex jinjora dawn l-emails, u ma jagħfasx il-links li jkun hemm f’dawn l-emails, filwaqt li jirrapporta dawn il-każijiet lit-Taqsima tas-Cyber Crime fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.
Id-Dipartiment tad-Dwana saħaq li hu qatt ma jitlob direttament lill-klijenti biex iħallsu d-dazju u t-taxxi.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lid-Dipartiment tad-Dwana fuq 25685276 jew billi jibgħat email fuq: [email protected]
Ritratt: Depositphotos