“F’Dan Il-Pajjiż M’Hemm Impunità Għal Ħadd” – Il-PM

 “F’Dan Il-Pajjiż M’Hemm Impunità Għal Ħadd” – Il-PM

Fid-diskors dalgħodu f’seduta tal-Parlament wara li ġiet ippubblikata l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia l-Prim Ministru Robert Abela għamilha ċara li f’dan il-pajjiż ma hemm impunità għal ħadd, u qal ukoll li l-poplu jixraqlu trasparenza u onesta.

Huwa tenna l-apoloġija lill-familja Caruana Galizia u qal “illum għandi l-privileġġ li nirrappreżenta lill-poplu bħala Prim Ministru iżda ngħidlu li l-piż ta’ din l-apoloġija nerfgħu jien bħala Kap tal-Gvern u f’isem l-Istat għax mhumiex il-familji Maltin u Għawdxin li jridu jerfgħu dan il-każ. Għax m’hemmx dubju li l-qtil ma jirriflettix lilhom jew dak li jemmnu fih,” qal Dr. Abela.

Il-Prim Ministru qal li l-mod kif qed jiffunzjona l-istat illum lanqas jintgħaraf minn kif kien jaħdem f’Jannar 2020 u fis-snin ta’ qabel. Tenna madankollu li l-funzjonijiet tal-istat jistgħu jkomplu jiġu mtejjba. Spjega li l-gvern se jerfa’ r-responsabilità u se jibda programm biex jintlaħqu r-rakkomandazzjoni tal-bord tal-inkjesta u tibda t-triq għall-implimentazzjoni tagħhom.

Huwa fakkar fil-bidliet li diġà saru fosthom fil-proċess tal-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija kif ukoll fil-bidla tal-irwol tal-Avukat Ġenerali u diversi riformi li nħadmu id f’id mal-Kummissjoni Venezja.

Dr. Abela sostna li dawn il-bidliet mhux se jġibu lura li Daphne Caruana Galizia u trid issir ġustizzja għaliha, il-familja tagħha u għall-pajjiż. Qal li r-riformi għandhom iwasslu biex verament ikun hawn ġustizzja f’Malta.

Dwar il-professjoni tal-ġurnaliżmu qal li l-kitba hija għodda li tinstiga bidla, u ġustizzja soċjali. Il-Prim Ministru enfassizza dwar il-bżonn ta’ riformi fis-settur kif ukoll appoġġ u protezzjoni biex jgħix.

Fi kliem il-Prim Ministru dan l-episodju għandu tgħallimit għall-Ewropa kollha fejn fl-aħħar snin inqatlu erba’ ġurnalisti f’erba’ pajjiżi Ewropej.

Finalment il-Prim Ministru appella għall-għaqda u qal li mhu se jsir xejn jekk ma naffrontawx iż-żmien li ġej bħala pajjiż magħqud u bl-akbar rispett lejn xulxin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com