Ferrovija F’Ħabta Ma’ Trakk Fil-Polonja
Ferrovija li kienet qed tivjaġġa mill-Polonja għall-Ġermanja ħabtet ma’ trakk bil-konsegwenza li tmien persuni weġġgħu.
Il-Każ seħħ dalgħodu fis-6:30am meta l-ferrovija kienet qed tivjaġġa minn Szczecin, il-Polonja sal-kapitali tal-Ġermanja meta l-ferrovija laqtet it-trakk f’Kolbaskowo, raħal fuq il-fruntiera tal-Polonja mal-Ġermanja. It-trakk baqa’ għaddej fuq dawl aħmar meta sipost waqaf bil-kawża li ħabat mal-ferrovija. Ix-xufier qal li ma kienx qed jara sew bix-xemx faċċata tiegħu.
Il-Pulizija u l-prosekuturi qed jinvestigaw il-ħabta.
Il-persuni li weġġgħu rċevew attenzjoni medika għal ġrieħi li ġarrbu.
Ritratt: berlin.de