Fetaħ Il-Bieba Tal-Karozza, Rama L-Kelba … U Prova Jtajjarha – Xi Ħdura!!!

 Fetaħ Il-Bieba Tal-Karozza, Rama L-Kelba … U Prova Jtajjarha – Xi Ħdura!!!
Fuq il-paġna tal-AAA (Association for Abandoned Animals) ittellgħu ritratt ta’ kelna ħelwa li jidher li sidha, wara li tagħtu min jaf kemm imħabba, iddeċieda li jqalfatha ‘l barra.
Intqal li l-każ ġara lbieraħ għall-ħabta tad-9pm meta, biebha ta’ karozza nfetħet u l-kelba ntefgħet ‘il barra. Il-kelba bdiet tiġri lura lejn il-karozza fejn f’dan il-mument, il-karozza saqet fid-direzzjoni tagħha bl-iskop li jtajjarha.
Persuna li kien qed jiġġogja ra dan kollu jiġri quddiem għajnjeh u beda jgħajjar u l-karozza saqet. Id-direttorat tal-annimali ġie infurmat.
Jekk xi ħadd jgħaraf lil din il-kelba huwa mitlub li jikkuntattja lill-AAA. Lil sidha jew sidien tal-kelba, sejħulhom ‘human trash‘ u naħsbu li ma hemmx titlu aħjar li jixraqilhom.
Tal-mistħija. Il-kelba ssemmiet Becky, u wara li se tiġi ndukrata, ser tkun qed tistenna dar ġdida permezz tal-adozzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com