Filmati Esklussivi Tal-Istazzjon Tat-Trasmissjoni Taħt L-Art Ta’ Ħad-Dingli

 Filmati Esklussivi Tal-Istazzjon Tat-Trasmissjoni Taħt L-Art Ta’ Ħad-Dingli

Angelo Caruana u Pierre Farrugia fil-jiem li għaddew kienu qed jesploraw żona li mhix aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali.

Din tinsab eżattament taħt l-istazzjon Dingli Radar li huwa monumentali fil-gżejjer Maltin. Iż-żona hija amministrata mill-Malta Air Traffic Services, kumpanija tal-gvern, il-fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru għall-gżejjer Maltin u l-FIR ta’ Malta.

Dan il-kumpless taħt l-art ġie skavat matul l-1941 biex jinżamm it-tagħmir tal-ewwel żewġ sistemi tar-radar f’Malta.

Minbarra bosta partijiet interessanti ta’ dan l-istazzjon ta’ taħt l-art Angelo u Pierre fil-filmat ta’ din l-esplorazzjoni  juruna diversi kmamar oħra. Fosthom l-Kamra tal-Ġeneraturi li kien fiha żewġ ġeneraturi tad-diżil Lister 20KVA b’fann ta ’ventilazzjoni għal kull sett u l-pajp ta’ l-egżost li jestendi mill-mina ċentrali fuq in-naħa ta l-irdum kif ukoll kabina żgħira skavata fil-blat li ntużat mill-Wireless Operator li juża l-Kodiċi Morse biex jgħaddi informazzjoni lill-Kmamar tal-Gwerra f’każ li tiżviluppa waqfa fil-linji fissi.

Angelo u Pierre qed jagħmlu bosta avventuri madwar Malta li jinkludu trekking, abseiling, kayak, speleġġjar, esplorazzjoni u ħafna aktar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com