Fl-Ingilterra Reġistrati Aktar Minn 50,000 Każ Ta’ Covid
Aktar minn 50,000 każ tal-Covid-19 ġew irrappurtati fir-Renju Unit. L-għola numri minn Jannar li għadda.
Illum kienu irreġistrati 51,870 każ l-ogħla ċifra mill-15 ta’ Jannar u 49 mewt.
Mit-Tnejn, il-maġġoranza tar-restrizzjonijiet se jispiċċaw fl-Ingilterra għajr għal xi ftit.
Aktar kmieni llum l-Uffiċjal Mediku Ewlieni tal-Ingilterra l-Professur Chris Whitty wissa li l-pazjenti bil-Covid-19 fl-isptarijiet jistgħu jolqtu “numri tal-biża” hekk kif kuljum qed jiżdiedu. Qal li n-numru ta’ persuni l-isptar bil-Covid-19 kien qed jirdoppja bejn wieħed u ieħor kull tliet ġimgħat.
Jidher li l-pajjiżi kollha fl-Ewropa qed jiġu affettwati min żieda qawwija ta’ każijiet matul dawn l-aħħar ġranet.
Ritratt: BBC