Fl-Italja Minn Awwissu Jrid Jkollok Pass Aħdar Biex Tidħol F’Bars U Ristoranti

 Fl-Italja Minn Awwissu Jrid Jkollok Pass Aħdar Biex Tidħol F’Bars U Ristoranti

Fl-Italja se jkun meħtieġ li jkollok ċertifikat tas-saħħa tal-COVID-19 biex iżur għadd ta’ postijiet Taljani fosthom bars u ristoranti mis-6 ta’ Awwissu, dan ħabbru l-Gvern Taljan ilbieraħ.

Minbarra n-negozji tal-ospitalità, dan il-ċertifikat tas-saħħa jew pass aħdar kif qed insejħulu fl-Italja se jkun obbligatorju għall-aċċess ta’ pixxini, gyms u swali sportivi, avvenimenti sportivi, kunċerti, fieri u postijiet kulturali inklużi mużewijiet, ċinemas, u teatri. In-Nightclubs mhumiex inklużi fil-miżura u se jibqgħu magħluqa għalissa.

Dan il-pass tas-saħħa jiċċertifika li l-persuna tkun jew irċieviet mill-inqas doża waħda tal-vaċċin jew għanda test negattiv għall-Covid-19 li jkun sar sa 48 siegħa qabel.

Il-Prim Ministru Mario Draghi qal ilbieraħ filgħaxija li wara l-laqgħa tal-kabinett li approvat il-miżura li “l-pass tas-saħħa huwa strument li jippermetti lit-Taljani jkomplu bl-attivitajiet tagħhom bil-garanzija li ma jkunux fost nies li jista’ jkollhom il-virus.”

Huwa saħaq ukoll li “l-pass aħdar mhuwiex kwistjoni arbitrarja; hija kundizzjoni biex l-attività ekonomika tinżamm miftuħa.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com