F’New Zealand Rappurtati Numru Kbir Ta’ Tfal B’Problemi Fin-Nifs

 F’New Zealand Rappurtati Numru Kbir Ta’ Tfal B’Problemi Fin-Nifs

F’New Zealand qed jiġi rappurtat li qed jkun hemm numru kbir ta’ tfal u trabi li qed jispiċċaw l-isptar ibatu minn problemi fin-nifs.

It-tobba qed jgħidu li minħabba t-tul ta’ lockdowns stretti li saru fil-pajjiż it-tfal ma kienux esposti għal firxa tal-virus fl-arja, b’riżultat li s-sistemi mmunitarja tagħhom ġiet dgħajfa.

L-isptarijiet ta’ New Zealand qed jesperjenzaw numri sostanzjali, b’swali mimlija trabi b’virus respiratorju potenzjalment fatali, it-tobba wissew. Fl-isptar ta’ Wellington bħalissa hemm 46 tifel u tifla li ddaħħlu l-isptar minħabba mard respiratorju inkluż ‘respiratory syncytial virus’ (RSV).

Numru kbir ta’ trabi qegħdin fuq l-ossiġenu. Sptarijiet oħra qed jesperjenzaw ukoll żieda f’każijiet li qed ixekkel ir-riżorsi tagħhom, b’xi operazzjonijiet jkollhom jieqfu kif ukoll qed jużaw kmamar oħra vojta li qed jiġu armati bis-sodod minħabba nuqqas ta’ spazju.

RSV hija marda respiratorja komuni. Fl-adulti, ġeneralment is-sintomi jkunu ħfief ħafna, iżda jista’ jagħmel lit-tfal żgħar morda ħafna, jew saħansitra tkun fatali. Il-firxa f’New Zealand x’aktarx li ġejja min-nuqqas ta’ immunità għal viruses oħra kawża tal-lockdowns tal-Covid-19, u dan qed jikkawża każijiet u problemi oħra speċjalment fit-tfal.

Ritratt: Around World Journal

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com