Ftit Oħra U Jibdew Jgħaddu L-Vetturi Minn Fuqha – Kważi Lesta Triq Li Ilha Mistennija

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri tenna li ftit tal-ġimgħat oħra, ser ikunu jistgħu jgħaddu l-vetturi minn fuq it-triq li ilha tant mistennija li ssir; Triq l-Imġarr.
Din it-triq hija ftit kumplessa minħabba t-terran tafli li jinsab taħtha.
It-Triq se tkun magħmulha bi struttura tal-ewwel xorta tagħha f’Għawdex. Il-Ministru Camilleri tenna li jinsab sodisfatt bix-xogħol li għaddej fejn kważi tpoġġew il-predalli kollha u issa se jipprogressa l-casting tal-concrete sabiex tintrabat l-istruttura b’mod intier qabel ma jingħata t-tarmac.

