Għaddas ta’ 41 Sena Isofri Ġrieħi Serji F’Marsaxlokk
Raġel ta’ 41 sena sofra ġrieħi serji f’inċident fuq il-lant tax-xogħol.
L-inċident seħħ dalgħodu għal xi l-9:45am, fl-inħawi ta’ Triq it-Trunċiera, Marsaxlokk.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li waqt li żewġ għaddasa kienu qegħdin jagħmlu xi xogħolijiet, iċċaqalqet blokka tal-konkos bil-konsegwenza li laqtet wieħed minnhom, raġel ta’ 41 sena residenti n-Nadur, Għawdex,
Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza u ambulanza, skortata mill-Pulizija tad-Distrett, ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.