Għaddejjin Arranġamenti Biex Jiġu Vverifikati L-Karti Ta’ Vaċċinazzjoni Tas-CDC Tal-Istati Uniti
Fi stqarrija mill-uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, intqal li l-Awtoritajiet tas-Saħħa u t-Turiżmu għaddejjin b’arranġamenti tekniċi biex jiġu verifikati l-karti ta’ vaċċinazzjoni tas-CDC tal-Istati Uniti.
Minn nhar it-Tnejn 19 ta’ Lulju 2021, Malta se tkun qed tirrikonoxxi r-record card tas-CDC tal-Istati Uniti ta’ vaċċini approvati mill-Awtorità għall-Mediċini Ewropea (EMA) (kors sħiħ u 14-il ġurnata mill-aħħar doża) bħala ċertifikat validu għall-vaċċin.
Mill-1 ta’ Awwissu 2021, ir-record card tas-CDC tal-Istati Uniti trid tkun verifikata minn app speċifika biex tkun aċċettata bħala ċertifikat tal-vaċċin validu.
Dettalji fuq din l-app ta’ verifika jingħataw aktar ’il quddiem.
Ritratt: NBC News