“Għandna Dritt Li Nagħżlu Li Ma Narawx Pazjenti Mhux Imlaqqmin…?” Jistaqsi T-Tabib Malcolm P. Agius Galea

 “Għandna Dritt Li Nagħżlu Li Ma Narawx Pazjenti Mhux Imlaqqmin…?” Jistaqsi T-Tabib Malcolm P. Agius Galea

It-Tabib Malcolm Paul Agius Galea tenna fuq il-midja soċjali tiegħu li jinsab imħawwad kif se jesprimi lilu nnifsu wara l-protesta li saret llum fil-belt Valletta “minn dawk li jħossu li huwa dritt tagħhom li ma jieħdux l-vaċċin kontra l-Covid19.”

Qal li jifhem li għandhom dritt tal-għażla imma  “Imbagħad, jien u sħabi tobba u professjonisti tas-saħħa għandna dritt li nagħżlu li ma narawx pazjenti mhux mlaqqmin li jkollhom sintomi li possibbilment huma tal-Covid19? Għandi dritt ninkwieta li min jimrad bil-Covid19 kapriċċ għax ma tlaqqamx jista jpoġġi fil-periklu s-saħħa tal-ftit li ma ħadux it-tilqima għax ma jistgħux minħabba raġunijiet mediċi?

Staqsa jekk hu għandux dritt joħroġ b’uliedu li għadhom żgħar wisq biex jitlaqqmu s’issa, bla ma ninkwieta li jistgħu jkunu esposti għal Covid19 u bost ħsibijiet oħra li fihom x’tixtarr.

Temm jgħid li aħjar joqgħod kwiet għax malajr jiġi interpretat bħala xi wieħed li jrid inaqqas l-libertà ta’ l-espressjoni f’pajjiż demokratiku “għax qed ingerger dwar protesta fejn gzuz ta’ nies mhux imlaqqmin ġew jaqgħu u jqumu mid-distanza soċjali u maskri, fl-istess waqt li għadna fi sfont ta’ pandemija…”

Intom x’taħsbu dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com