Għargħar Fil-Ġermanja Iħalli Bosta Mejta U Għexieren Nieqsin

 Għargħar Fil-Ġermanja Iħalli Bosta Mejta U Għexieren Nieqsin

Mill-inqas 33 persuna mietu u bosta huma rapportati neqsin fil-Ġermanja wara għargħar qawwi li ħakem lill-punent tal-pajjiż. Dan ġara wara rekord ta’ xita li għamlet b’kawża li l-livell tal-ilma fix-x-xmajjar tela’ f’daqqa.

Il-ħaddiema tas-salvataġġ qed jagħmlu li jistgħu sabiex isalvaw nies li jinsabu maqbudin f’darhom. Bosta djar spiċċaw waqqgħu u ħafna mit-toroq jinsabu mblokkati b’siġar u tiġrif ieħor li tkaxkar mal-ilma.

Il-Kanċillier Angela Merkel esprimiet id-dieqa tagħha. “Ninsab ixxukkjata bil-katastrofi fiż-żoni tal-għargħar. Is-simpatija tiegħi tmur għall-familji tal-vittmi u dak li għadhom neqsin.”

B’kawża ta’ dan l-għargħar bosta servizzi kellhom jagħlqu bħas-servizz tat-trasport u ferrovija kif ukoll għalqu bosta binjiet pubbliċi fosthom lis-skejjel.

Ritratti: Reuters

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com