Ġlieda Kbira Bejn Diversi Persuni Fi Stabbiliment F’Qui-Si-Sana

Il-Pulizija lbieraħ filgħaxija kienet impenjata b’każ ta’ ġlieda fi stabbiliment f’Qui-Si-Sana f’Tas-Sliema. Qed ikun allegat li l-ġlieda nqalgħet wara li tbaxxiet il-mużika.
Issejħet l-assistenza medika fuq il-post li ħadu Kolumbjan ta’ 32 sena residenti s-Swieqi li ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Kelliema għall-Pulizija sostnew li qed tkellem diversi persuni b’rabta ma’ dan il-każ.