Ġuvni Ta’ 19-il Sena Jweġġa’ Gravi Wara Li Ttajjar Fil-Ħamrun

Guvni Sirjan ta’ 19-il sena weġġa’ gravi wara li safa’ milqut minn karozza fi Triq Ġuże Pace, il-Ħamrun.
Il-Każ seħħ ilbieraħ għal xi 7:30pm fejn il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha minħabba inċident tat-traffiku.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li ġuvni Sirjan ta’ 19-il sena safa’ milqut minn karozza ta’ tip Peugeot 107 misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena li tgħix il-Ħamrun.
Il-ġuvni ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.