Ġuvni U Tfajla Arrestati B’Rabta Ma’ Vandaliżmu Fil-Mellieħa

 Ġuvni U Tfajla Arrestati B’Rabta Ma’ Vandaliżmu Fil-Mellieħa

Ġuvni ta’ 19-il sena u tfajla ta’ 21 sena t-tnejn li huma Ingliżi ġew arrestati b’rabta mal-vandaliżmu li seħħ fuq is-salib tal-Pellegrini fil-Mellieħa.

Wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija mis-Sezzjoni tar-Reati Maġġuri flimkien ma’ dawk tad-Distrett tal-Qawra, wasslu għall-arrest ta’ żewġ persuni b’rabta ma’ vandaliżmu li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa.

Iż-żewġ persuni qed jinżammu fil-Lock up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, fil-Furjana u mistennija jitressqu l-Qorti għada.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com