Iċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin Huwa Biżżejjed Biex Isiefer Lejn Sqallija
Wara rapporti li ħarġu lbieraħ fuq diversi siti anke f’dawk Taljani rigward l-ivjaġġar lejn Sqallija, l-kamra tal-aħbarijiet ta’ TVM kkonfermat mal-ambaxxata Taljana f’Malta dwar dan.
L-ambaxxata qalet li dawk residenti f’Malta m’għandhomx bżonn ta’ PCR test jew test rapidu biex imorru Sqallija f’każ li għandhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin Ewropew.
Huwa minnu li l-awtoritajiet reġjonali Sqallin talbu biex isiru xi testijiet għall-għarrieda però dawn ħa jkunu qed isiru fuq nies li jkunu qed jivvjaġġaw mingħajr ċertifikat jew test negattiv.
Dan ifisser li jekk ħa tkun qed tivjaġġa lejn Sqallija tista’ tagħmel dan b’mod normali kemm il-darba għandek iċ-ċertifikat tal-vaċċin.