Id-DPM Chris Fearne jikkonferma l-Każ ta’ Mewt ta’ Tifla Ta’ 5 Snin

 Id-DPM Chris Fearne jikkonferma l-Każ ta’ Mewt ta’ Tifla Ta’ 5 Snin

F’konferenza tal-aħbarijiet mid-DPM Chris Fearne kkonferma l-każ ta’ mewt ta’ tifla ta’ 5 snin fl-isptar Mater Dei.

Ġie konfermat li l-Ġimgħa filgħodu t-tifla kellha d-deni u s-Sibt filgħodu t-tifla sofriet minn aċċessjonijiet fejn iddaħlet l-isptar.

Malli ddaħlet l-Isptar hija tpoġġiet mal-ewwel fuq ventilator, hekk kif il-kundizzjoni tagħha kienet ħażin ħafna.

Peress li din it-tifla mietet fl-isptar f’inqas min 24 siegħa min xħin daħlet infetħet investigazzjoni fejn qed jiġi investigat dan il-każ u jiġi stabbilit b’konferma l-kawża tal-mewt. Dan minħabba li f’test li sar wara l-mewt tat-tifla ġie traċċat il-virus tal-Covid-19. Il-Ministru Chris Fearne kkonferma wkoll li t-tifla ma kienetx tbati minn xi kundizzjonijiet mediċi ta’ saħħa.

Id-DPM wasal il-kondoljanzi lil familja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com