Iħalli Mandra Warajh, Isegwieh Pulizija U Jġiegħelu Jnaddaf

 Iħalli Mandra Warajh, Isegwieh Pulizija U Jġiegħelu Jnaddaf

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk irringrazzja pubblikament lill-Pulizija PS661 li għamel biċċa xogħol ta’ min verament ifaħħarha.

“Waqt li kien sejjer għax-xogħol, baqa’ sejjer wara trakk tal-konkos li ħalla mandra fi Triq il-Kavallerizza”, kiteb il-kunsill fejn qal, li ġiegħelu jdur lura u jnaddaf u jaħsel il-konkos li ħalla fit-triq.
Prosit tassew PS661. Jiġifieri kieku ma ndunax bih il-pulizija, dan il-persuna kien taparsi ‘ma jindunax’ u jħalli mandra warajh?
Kif ċerti nies ma jinbidlux! Tal-Mistħija!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com