Il-Belt Ta’ Liverpool Titneħħa Mil-Lista Tal-UNESCO
Il-UNESCO dalgħodu kkonfermat li neħħiet il-port ta’ Liverpool mil-lista bħala ‘World Heritage Site’.
Dan ġara minħabba żvilupp kbir li sar matul is-snin li naqqas l-valur storiku li hemm fil-baċiri ta’ Liverpool. Il-ħsara li saret skond il-UNESCO hija waħda irreparabbli lil dan is-sit li għandu arkitettura taż-żmien Vitorjan.
Il-UNESCO qalu li bil-bini li ġie żviluppat madwar dan il-port fosthom l-istadium l-ġdid ta’ Everton tellfu ħafna mill-karatteristika ta’ dan is-sit.
Il-Port ta’ Liverpool kien ilu mil-2004 fil-lista tal-UNESCO bħala ‘World Heritage Site’.