‘Il Fuq Minn 60 Persuna Mejta F’Nar Fi Sptar Fl-Iraq
Aktar minn 60 persuna maqtula f’nar li nħakem f’sala tal-COVID-19 fi sptar fl-Iraq.
Ħafna mis-sistema tal-kura tas-saħħa tal-Iraq tinsab f’kundizzjoni ħażina wara snin ta’ kunflitt fil-pajjiż.
Il-kawża tan-nar fl-isptar al-Hussein fil-belt Nasiriya, għada mhix ċara, iżda rapporti qalu li beda wara li sploda tank tal-ossiġnu.
Skond rapporti qalu li s’issa hemm 64 persuna mejta, bi kważi 70 persuna oħra midruba.
Il-PM Iraqi Mustafa al-Kadhimi ordna l-arrest tal-kap tal-isptar.
Fi Tweet li kiteb l-Ispeaker tal-Parlament Iraqi, Mohammed al-Halbousi, qal li din hija “prova ċara tan-nuqqas ta’ protezzjoni tan-nies Iraqin, u wasal iż-żmien li jintemm dan il-falliment katastrofiku”.
Din is-sala kellha spazju għal 70 sodda u nbniet 3 xhur ilu biex tilqa’ fija persuna bil-COVID-19.
Ritratt: BBC / CNN