Il-Ġinnasta Amerikana Simone Biles Iddeċidiet Li Tirtira Mill-Olimpijadi Biex Tiffoka Fuq Is-Saħħa Mentali

Il-ġinnasta Amerikana Simone Biles iddeċidiet li tirtira mill-finali individwali f’Tokyo wara li ħarġet mill-finali tat-tim tan-nisa minħabba li qalet li trid tieħu ħsieb is-saħħa mentali tagħha.
Simone Biles ta’ 24 sena li fl-olimpijadi ta’ Rio fl-2016 diġà rebħet 4 midalji tad-deheb f’konferenza qalet “irrid niffoka fuq is-saħħa mentali tiegħi”.
Wara li ħabret dan diversi kummenti fuq il-mezzi soċjali ta’ kuraġġ bdew deħlin fosthom tal-eks First Lady Michelle Obama fejn fi tweet tat l-appoġġ tagħha.
Simone Biles ukoll f’kumment irringrazzjat lil sħaba tas-sapport kollu li tawha u tad-determinazzjoni li għandhom biex waslu s’hawn.
View this post on Instagram