Il-Haiti Jitolbu L-Għajnuna Tal-Istati Uniti Fost Instabbiltà Politika
Wara l-assassinju tal-President tal-Haiti Jovenel Moïse nhar l-Erbgħa li għadda il-Gvern talab li l-Istati Uniti jibgħatu truppi biex jipproteġu l-pajjiż, qal il-Ministru għall-Elezzjonijiet, Mathias Pierre.
In-‘New York Times’ irrapportaw li uffiċjali fil-Gvern talbu appoġġ militari biex jipproteġu l-faċilitajiet tal-portijiet, tal-ajruporti u infrastruttura ewlenija oħra.
Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan ikkonferma t-talba iżda ma kienx kommess. “Il-Gvern tal-Haiti talab assistenza ta’ sigurtà u investigattiva, u nibqgħu f’kuntatt regolari mal-uffiċjali tal-Haiti biex niddiskutu kif l-Istati Uniti jistgħu jassistu,” qal kelliem għad-Dipartiment tal-Istat.
Separatament, il-‘White House’ qalet li l-Istati Uniti se tibgħat delegazzjoni li tinkludi uffiċjali għolja tal-FBI u tas-sigurtà interna lill-Haiti mill-aktar fis possibbli.
Ritratt: The Guardian