Il-Kantanta Chanel Monseigneur F’Kollaborazzjoni Mal-Kantanta Ingliża Laura White

Il-kantanta Maltija Chanel Monseigneur li f’Novembru li għadda kienet l-ambaxxatriċi Maltija fil-Polonja fil-Junior Eurovision bil-kanzunetta ‘Chasing Sunsets’, għadha kif nediet kanzunetta bl-isem ta’ ‘Forever A Star’ liema kanzunetta hija oriġinali ta’ Laura White.
Laura hija kantanta Ingliża ta’ fama, hija wkoll kittieba tal-lirika fejn ħadmet ma’ bosta kantanti bħal Inna, Leona Lewis, Eliza Doolittle, Cher Lloyd u Rita Ora fost oħrajn. Laura White rajnieha wkoll f’X Factor UK fis-sena 2008.
Dan is-sit tkellem ma Chanel fejn stqarret magħna li kienet ħolma li saret realtà kif ukoll ħassitha tassew onorata li kellha dan iċ-ċans li taħdem mill-qrib ma’ Laura kif ukoll kienet f’kuntatt dirett magħha sabiex waslu għal din il-produzzjoni.
Il-kantanta Laura White kellha kliem ta’ tifħir kif ukoll ta’ inkoraġġiment għaċ-ċkejkna Chanel u dan biex tkompli għaddejja bil-karriera tal-kant tagħha għax għandha potenzjal mill-aqwa.
Awguri Chanel!