Il-Każ Tad-Deputat Rosianne Cutajar Jkompli Jiġi Nvestigat
Nhar it-Tnejn wara nofs in-nhar u t-Tlieta filgħodu l-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kellhom laqgħat mal-Kummissarju George Hyzler fejn tkellmu, ġew mistoqsija u ġie spjegat ir-rapport dwar ksur ta’ etika mid-deputat Parlamentari Rosianne Cutajar.
George Hyzler fix-xhieda tiegħu qal prima facie d-deputat Cutajar kisret il-kodiċi ta’ etika, għaliex ħadet introjtu li ma’ ġiex iddikjarat. Dan kien introjtu fuq propjetà però ma jissemmiex bħala senserija, iżda bħala rigal.
Għalkemm meta mistoqsi aktar minn darba jekk din kienitx konklużjoni fiċ-ċert Hyzler qal li dejjem jista’ jkun hemm probabbilta li Cutajar ma’ ħadietx il-flus. il-Kummissarju qal li fil-kamp legali dejjem hemm ċans li xi ħadd jinstab ħati meta jkun innoċenti, imma ċċara li tul l-investigazzjoni ħadd ma talbu jieqaf sakemm ikunu għaddejjin xi proċeduri ta’ verifika oħrajn, bħall-investigazzjoni mid-Dipartiment tat-Taxxa.
Hyzler jgħid li huwa kellu għad-dispożizzjoni tiegħu chats bejn Rosianne u Yorgen fejn qal li l-konklużjoni taċ-chats kienet li dawn żgur ma jurux li ma ħaditx senserija, għalkemm għall-kontroeżami tal-Ispeaker, jikkonferma li lanqas juru li ħadet.
Wara tul ta’ ħin jiġi diskuss jekk dan ir-rapport għandux jiġi addottat jew le l-membri tal-kumitat ivvotaw 2 favur u 2 kontra għalhekk l-Ispeaker Dr. Farrugia kellu jivvota l-vot deċiżiv. F’dan il-ħin l-Ispeaker ssospenda l-lagħqa sabiex jiddeċiedi.
Iktar tard, Dr. Farrugia vvota kontra li r-rapport ta’ Dr. Hyzler ikun adottat f’dan l-istadju għaliex qal li ma kienx ikonfortat li l-Kummissarju Hyzler wasal għal din id-deċiżjoni fuq assunzjoni ta’ probabilita’ u mhux fuq ċertezza. L-Ispeaker qal li Dr. Hyzer u l-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika għandhom jkomplu jinvestigaw dan il-każ.
Il-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħa jkun qed jisma’ aktar xhieda fil-jiem li ġejjien fosthom il-Kummissarju tat-Taxxi.