Il-Każijiet Fir-Renju Unit Bdew Niżlin

Il-Każijiet ta’ Covid-19 fl-Ingilterra qabdu t-triq tan-niżla hekk kif għal ħames t’ijiem wara xulxin ġie reġistrat tnaqqis.
Ilbieraħ fl-Ingilterra kienu reġistrati 29,173 każ, dan hekk kif fil-ġimgħat li għaddew kienu qed ikunu reġistrati fuq 50,000 każ kuljum.
Fil-ġimgħat li għaddew fl-Ingilterra tneħħew ir-restrizzjonijiet kollha kif ukoll żiedu r-rata ta’ tilqim fejn issa hemm 55% tal-popolazzjoni li hija mlaqqma kompletament.