Il-Kumpanija GO B’Avviż Dwar Telefonati Mhux Awtorizzati

Attenti jekk tirċievi xi telefonati u jgħidu li huma mill-kumpanija GO.
Dawn it-tip ta’ ‘scams’ dejjem qed jkomplu jiżdiedu għalhekk dejjem għandek toqgħod attenti x’tip ta’ informazzjoni tagħti.
F’dan il-każ jidher li min qed iċċempel qed jgħid li jekk jaċċessa l-mobile jew l-laptop tiegħek jkun jista’ jirrifondi lura l-flus tal-kont tiegħek.
Jekk tesperjenzaw telefonati bħal dawn dejjem irraportaw lill-Pulizija fuq 21224001.