Il-Kunsill Lokali Tal-Qala Jitlob Is-Sospensjoni Ta’ Proġett F’Ta’ Kassja
Il-Kunsill Lokali tal-Qala qed jitlob lit-Tribunal li jisma’ l-appelli tal-ippjanar biex jissospendi l-permess ta’ proġett kontroversjali ġewwa Ta’ Kassja, liema proġett jinsab parzjalment f’zona ODZ.
Skont kelliem għall-Kunsill Lokali: “Mhux sew, u hu nġust li x-xogħlijiet jitħallew jibdew waqt li l-appell għadu pendenti, speċjalment jekk l-appell idum biex jiġi deċiż xhur jew snin. Jekk l-awtoritajiet tabilħaqq jixtiequ jipproteġu lil Għawdex, dawn għandhom tal-inqas jissospendu x-xogħlijiet sakemm l-appell jiġi deċiż.”
Dan intqal f’komunikazzjoni li ntbagħtet mis-Sindku Pawlu Buttigieg.