Il-Maltin Jidħlu Fl-Azzjoni Minn Dan Il-Lejl Li Ġej

 Il-Maltin Jidħlu Fl-Azzjoni Minn Dan Il-Lejl Li Ġej

Hekk kif il-logħob ta’ l-Olimpijadi f’Tokjo issa bdew, naturalment l-attenzjoni tagħna tmur fuq l-atleti Maltin li qed jirrappreżentaw lil pajjiżna. L-atleti Maltin ħa jkunu qed jidħlu fl-azzjoni minn għada.

Dawn huma l-ġranet u l-ħinijiet ta’ meta ħa jkunu fl-azzjoni:

Il-Ħadd 25 ta’ Lulju

L-ewwel atleti Maltija li ħa tkun qed tikkompeti hija Eleanor Bezzina fejn ħa tikkompeti fil-kwalifikazzjonijiet tal-10metri tal-Air Pistol, fis-2am ħin lokali.

Wara jkun imiss il-plejer tal-Badminton Matthew Abela li ħa jkun qed jikkompeti kontra ċ-ċiniż Shi Yu Q, fis-5:40am ħin lokali.

Iktar tard l-għawwiema ta’ 16-il sena Sasha Gatt ħa tkun qed tikkompeti fl-400 metru, fis-1:40pm ħin lokali.

It-Tnejn 26 ta’ Lulju

L-għawwiema Sasha Gatt ħa tkun qed terġa’ tikkompeti din id-darba fl-1,500 metru, fis-1:30pm ħin lokali.

It-Tlieta 27 ta’ Lulju

Tidħol fix-xena l-Weightlifter Yazmin Zammit Stevens fejn ħa tkun qed tikkompeti fil-kategorija tal-64 kilogramma, fil-4:50am ħin lokali.

Wara ħa jkun qed jikkompeti l-għawwiem Andrew Chetcuti fejn ħa jikkompeti fil-100 metru, fl-12pm ħin lokali.

Il-Ħamis 29 ta’ Lulju

Terġa’ tirritorna Eleanor Bezzina fejn ħa tikkompeti fil-kwalifikazzjonijiet tal-25 metru tal-Air Pistol, fis-2am ħin lokali.

Il-Ġimgħa 30 ta’ Lulju

Tidħol fix-xena l-atleta Carla Scicluna fejn ħa tkun qed tikkompeti fil-100 metru ġiri, fis-2am ħin lokali.

Awguri Malta!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com