Il-Mara Tal-President Assasinat F’Daru, Tirritorna Lura F’Haiti
Martine Moïse; mart il-president assasinat tal-Haiti, irritornat lura wara li kienet rikoverata fi Florida għaliex sofriet minn ġrieħi waqt l-attakk fuq żewġha.
Żewġha, il-President Jovenel Moïse inqatel fid-dar tiegħu fis-7 ta’ Lulju li għadda. Kien ilu president tal-pajjiż mill-2017 u kellu snin ta’ tmexxija mqallba għaliex kien akkużat b’korruzzjoni, bi protesti kontrieh ma jieqfux, kmieni din is-sena.
Martine, dehret akkumpanjata minn aġenti tas-sigurtà u b’idejha marbuta fejn intlaqgħet mill-Prim Ministru Claude Joseph.
Ritratt: BBC