Ħa Tkun Irrestawrata Il-Mina Ta’ Għajn Dwieli
Infrastructure Malta ħabret li ħa tkun qed tinvesti €2.2 miljun biex tirriabilita l-mina ta’ Għajn Dwieli li għanda 120 sena, waħda mill-entraturi ewlenin tal-bliet tal-Kottonera.
Infrastructure Malta se tirrestawra l-istruttura tal-Mina ta’ Għajn Dwieli, kif ukoll ix-xaft kbir tal-ventilazzjoni f’nofs il-mina. Ix-xogħlijiet ħa jkun jinkludi t-tindif ta’ għexieren ta’ snin ta’ nugrufun mill-wiċċ tal-ġebel. Apparti mir-restawr tal-ġebla, fil-mina ħa jkun qed jiġi installat dawl addattat kif ukoll sistemi ta’ emerġenza f’kas ta’ nar.
Din il-mina fija 110 metri tul u qeda taħt is-swar ta’ San Pawl. Kienet inbniet mill-Ingliżi sabiex jakkomodaw il-baċiri numru 4 u 5. Matul it-tieni gwerra dinjija intużat ukoll bħala kenn għar-residenti ta’ Bormla. Fil-fatt f’nofs il-mina hemm bħal kamra fil-ħajt li kienet tintuża bħala kappella. Din ħa tkun qed tiġi restawrata wkoll.
Ix-xogħolijiet mistennija jibdew fix-xhur li ġejjien u tkun lesta sal-aħħar tas-sena 2022. Ħafna mix-xogħolijiet ħa jkun qiegħed isir bil-lejl sabiex ma’ jaffetwax it-traffiku ta’ matul il-ġurnata.